2m 10slongitud

TUESDAY GOSPEL OF WEEK 13 IN ORDINARY TIME Ġesù jsikket it-tempesta [Mt:8:23] Ġesù tala' fuq dgħajsa, u d-dixxipli marru warajh.[Mt:8:24] U qamet taqliba kbira fuq il-baħar, hekk li l-mewġ beda jgħatti d-dgħajsa; iżda hu kien rieqed.[Mt:8:25] Id-dixxipli resqu fuqu, qajjmuh u qalulu: "Salvana, Mulej! Se nintilfu?"[Mt:8:26] U qalilhom: "Dan il-biża' kollu għalfejn, ja nies ta' fidi ċkejkna?" Mbagħad qam, ordna lill-irjieħ u lill-baħar, u waqgħet kalma kbira.[Mt:8:27] Dawk stagħġbu, u bdew jgħidu: "Dan xi bniedem hu, biex sa l-irjieħ u l-baħar jisimgħu minnu?" .